Menu Close

Pamphlet Promozzjonali

Iċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni ta’ Malta ppubblika fuljett promozzjonali biex ifakkar lill-pubbliku li l-proċedimenti quddiem il-Qorti mhumiex l-uniku mezz biex jissolva t-tilwim. Dan il-fuljett jipprovdi informazzjoni fil-qosor dwar il-medjazzjoni sabiex il-pubbliku jikkunsidra mezzi alternattivi biex isolvi t-tilwim tiegħu. Dan se jqajjem ukoll sensibilizzazzjoni għall-użu tal-medjazzjoni kif ukoll għar-reklamar taċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni.

Dan il-fuljett se jintbagħat mill-Qrati Ċivili lil persuni li reċentement irċevew ittri ġudizzjarji esklużi dawk f’termini tal-Artikolu 166A u lil kwalunkwe entità tal-Gvern biex tikkunsidra mezzi alternattivi biex issolvi t-tilwim tagħhom. Dan il-fuljett se jitqassam ukoll lill-kunsilli lokali sabiex il-pubbliku jkun jista’ jkollu aċċess aħjar għal din l-informazzjoni. Tista’ tara wkoll fil-paġna ewlenija tas-sit web taċ-Ċentru taħt l-intestatura “Vantaġġi ta’ Medjazzjoni”.

Tista’ tara l-fuljett hawn.

Skip to content