Menu Close

Bord tal-Gvernaturi

Bord tal-Gvernaturi
Il-politika u l-amministrazzjoni ġenerali tal-affarijiet u x-xogħol taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta hija r-responsabbilta’ tal-Bord tal-Gvernaturi. Il-Bord huwa magħmul minn mhux inqas minn tlieta u mhux iżjed minn ħames membri maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Il-Bord għandu jkollu bħala membri tiegħu, Chairperson li jrid jkun avukat li eżerċita l-professjoni matul it-tnax il sena preċedenti u Viċi Chairperson li jkun ukoll avukat li eżerċita l-professjoni matul it-tnax il-sena ta’ qabel. Il-Bord għandu jkollu bħala membri tiegħu dawk li jkollhom esperjenza fir-riżolviment ta’ tilwimiet, affarijiet kummerċjali jew li fil-fehma tal-Ministru huma kkwalifikati biex iwettqu d-dmirijiet ta’ membru. Il-membri tal-Bord għandhom iżommu l-kariga tagħhom għal perjodu ta’ erba’ snin u jkunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid.

Fil-preżent, il-Bord tal-Gvernaturi huwa magħmul minn dawn il-persuni li ġejjin:

Chairperson:
Dr Vincent Micallef

Deputat Chairperson:
Dr. Michael Tanti Dougall

Membri tal-Bord:
Dr Jacob Portelli
Ms Frances Muscat
Ms Jennifer Cuschieri

Segretarju tal-Bord / Reġistratur:
Mr Romuald Attard

Ir-Reġistratur:
Iċ-Ċentru għandu Reġistratur li huwa wkoll is-Segretarju tal-Bord. Huwa jinħatar mill-Bord u obbligat bil-liġi li jwettaq dawk il-funzjonijiet li jistgħu jiġu delegati lilu mill-Bord minn żmien għal żmien. Ir-Reġistratur huwa vestit bir-rappreżentanza legali taċ-Ċentru u għandu d-dmir li jagħti ġuramenti tal-ħatra lil dawk il-medjaturi li jiġu akkreditati maċ-Ċentru.

Skip to content