Menu Close

Politika Dwar il-Cookies

​Id-Dipartiment huwa impenjat li jkun kompletament trasparenti u jipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta inti żżur dan is-sit. Aħna nagħmlu ħilitna biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tkunx provduta minnek volontarjament permezz tal-formoli online.

X’inhi cookie?

Il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni żgħar li s-sit jitlob lill-browser tiegħek biex jaħżinhom bħala text strings fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma programmati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jirrisjedu fil-browser tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.

X’inhuma t-tipi ta’ cookies li juża dan is-sit?

Dan is-sit jagħmel użu minn żewġ tipi differenti ta’ cookies:

Cookies tas-sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit. Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru hekk kif tagħlaq il-browser.

Cookies limitati ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta’ dawn il-cookies f’dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta’ qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta’ siti terzi fuq il-paġni ta’ dan is-sit.

Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?

Jekk il-browser tiegħek MHUX konfigurat, b’mod awtomatiku, biex timblokka l-cookies kollha jew ċerti cookies, tista’ tikkonfigura manwalment il-browser tiegħek biex jew tirrifjuta l-cookies kollha jew tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq l-apparat tiegħek permezz ta’ dan is-sit web.

Li tiddiżattiva l-cookies ta’ dan is-sit ma jaffettwax l-esperjenza ta’ browsing tiegħek.

Skip to content