Menu Close

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta

Twaqqif taċ-Ċentru

F’Malta, il-medjazzjoni hija rregolata mill-Att dwar il-Medjazzjoni (Kapitolu 474 tal-Liġijiet ta’ Malta​) li daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2004 Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta twaqqaf fis-7 ta’ Lulju 2005, meta nħatar l-ewwel Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru.

Iċ-Ċentru, li huwa korp li għandu personalità ġuridika distinta, ġie stabbilit biex jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar involuti fit-tilwima jew f’litigazzjoni jistgħu b’mod volontarju jirreferu jew jiġu riferuti mill-Qorti jew minn awtorità ta’ aġġudikazzjoni oħra, sabiex isolvu t-tilwima tagħhom permezz ta’ medjazzjoni, jiġifieri, il-proċess li fih medjatur, akkreditat miċ-Ċentru, jaġixxi bħala parti terza imparzjali bil-ħsieb li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex jgħinhom isolvu t-tilwima tagħhom billi jilħaq ftehim volontarju u f’waqtu.​

Skip to content