Menu Close

Bord tal-Gvernaturi

Bord tal-Gvernaturi
Il-politika u l-amministrazzjoni ġenerali tal-affarijiet u x-xogħol taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta hija r-responsabbilta’ tal-Bord tal-Gvernaturi. Il-Bord huwa magħmul minn mhux inqas minn tlieta u mhux iżjed minn ħames membri maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Il-Bord għandu jkollu bħala membri tiegħu, Chairperson li jrid jkun avukat li eżerċita l-professjoni matul it-tnax il sena preċedenti u Viċi Chairperson li jkun ukoll avukat li eżerċita l-professjoni matul it-tnax il-sena ta’ qabel. Il-Bord għandu jkollu bħala membri tiegħu dawk li jkollhom esperjenza fir-riżolviment ta’ tilwimiet, affarijiet kummerċjali jew li fil-fehma tal-Ministru huma kkwalifikati biex iwettqu d-dmirijiet ta’ membru. Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal perjodu ta’ erba’ snin u jistgħu jinħatru mill-ġdid.

Fil-preżent, il-Bord tal-Gvernaturi huwa magħmul mill-persuni li ġejjin: 

Chairperson:
Dr Vincent Micallef

Viċi Chairperson:
Dr. Michael Tanti Dougall

Membri tal-Bord:
Dr Jacob Portelli
Ms Frances Muscat
Ms Jennifer Cuschieri

Segretarju tal-Bord/ Reġistratur:
Mr Romuald Attard

Ir-Reġistratur:
Iċ-Ċentru għandu Reġistratur li jkun ukoll is-segretarju tal-Bord. Dan jinħatar mill-Bord taħt dawk it-termini u l-kundizzjonijiet li l-Bord jista jqis li jkunu adatti. Ir-Reġistratur għandu r-rappreżentanza ġuridika taċ-Ċentru u d-dmir li jamministra l-ġuramenti ta’ kariga lil medjaturi akkreditati miċ-Ċentru.

Skip to content